Imxejt bil-kwiet f'mogħdija bl-ifjen trab Taħti l-Ġorf dalwaqt se jibla' l-blat. Ġa kważi dalam, 'l haw ma jersqux nies Ħlief fil-karozzi biex jaħxu fis-skiet. Hemm kamra monument wara tant snin Il-ħruq ġo sidri u is-swaba' kesħin. Ħsibt li fottejtek, għamiltlek ħażin Intbaħt li kont tgħammidt bl-ilma tal-bir. Rit: Għidli, fej' kont tkun inti dak iż-żmien? Fiċ-chewing gum fil-baħar li jagħrax l-ilsien. Fil-ħobż biż-żejt, fis-sjesta, fil-kuntatti taħt il-friex Li lanqas melħ ta' baħar miftuħ ma jfejjaq. Tidher kuntenta ferm f'dak ir-ritratt Xej' ma jiddispjaċini mill-pass li kont ħadt. Hemm żibel mormi u fjuri fil-viċin, U nifhem 'l għala m'aħniex ta' xulxin. Irrid inħares lejk, narak mill-bogħod, Għax fil-preżenza tiegħek qed nirtogħod. O baħar kbir ejja tini bis-sieq. Ftit diqa ħelwa hu dak li nixtieq.