Int togħġbok il-moħqrija Twaddabni 'l hemm u 'l hawn B'kelma ttellagħni l-ġenna Ma ndumx wisq ma ninżel l-art. Inti fjura selvaġġa Inti l-bidu u t-tmiem Ejja missni u fejjaqni Inti d-duwa, jiena l-ġdiem. Għajnejk iħarsu lejja Fommok ma jkellimnix U donnok trid xi ħaġa tgħidli U għall-mistħija ma tgħidlix. Is-sajjied mingħajr il-qasba In-nassab mingħajr ix-xbiek Għallimni s-sengħa tal-imħabba Forsi qalbi tistrieħ.