Kif tidħol tapit aħmar twil, Tħossok dħalt ġo palazz. Fl-intrata ssib gradenza kbira Msakkra bil-katnazz U fuqha gwarniċ maħdum Bid-deheb u l-iskultura U l-mara ta' ġo fih tistħajjilha ħierġa mill-pittura. Fid-dar tan-nanna... Hemm xafunier tal-kawba Mgħotti b'doiler irrakkmat, U għadd kbir ta' ritratti Li jfakkruha fil-passat Ta' meta laħqu t-tfal, Meta hi qagħdet parrina, Meta ommi qagħdet Bridesmaid fit-tieġ tal-kuġina. Fid-dar tan-nanna... Salott antik mgħotti bil-plastik Borma ttektek fuq in-nar, Grandfather clock li xħin idoqq Tħossu jriegħed id-dar, U tlett itfal jilagħbu noli Jistaħbew fid-dellijiet Li joħolqu l-purtieri Li ħitulha z-zijiet. Fid-dar tan-nanna... Fit-taraġ raġel bit-turban, F'idu bozza tal-kamin. U taħtu senduq fond Fejn isakkru t-tfal imqarbin. Mal-ħajt hemm kurċifiss Li bħalu ma tantx issib "Meta tgħaddi minn quddiemu Qis li troddlu s-salib." Fid-dar tan-nanna... Fil-kċina t-televixin żgħir Minn dawk ta' bla kulur Tixegħlu hi u titwi l-ħwejjeġ Ta' ġol-friskatur. "U isa, Corazon, issa ħallik Minn dak il-ktieb Għaliex dalwaqt se jidlam, Ejja b'siġġu wara l-bieb." Fid-dar tan-nanna... Salott antik mgħotti bil-plastik Borma ttektek fuq in-nar, Grandfather clock li xħin idoqq Tħossu jriegħed id-dar, U tlett itfal jilagħbu noli Jistaħbew fid-dellijiet Li joħolqu l-purtieri Li ħitulha z-zijiet. Fid dar tan nanna... Salott antik mgħotti bil-plastik Borma ttektek fuq in-nar, Grandfather clock li xħin idoqq Tħossu jriegħed id-dar, U tlett itfal jilagħbu noli Jistaħbew fid-dellijiet Li joħolqu l-purtieri Li ħitulha z-zijiet. Mid-dar tan-nanna Xtara sehem l-aqwa kuntrattur U tella' blokk flettijiet Armati fuq l-ultramodern U b'ħafna kumditajiet U dawk it-tlett itfal imqarba, Wara l-purtieri moħbijin Illum ifittxu fejn jilagħbu 'żda qed jaħbtu ma' xulxin!