Kishore Kumar Hits

Corazón - Daqshekk текст песни

Исполнитель: Corazón

альбом: Hawn Jien


Qrajtha
Fil-kotba jgħidulek mas-snin
Li l-kuntentizza timxi man-norma u mal-ħin
U dak li hu stramb bilfors hu ħażin
Bħallikieku l-imħabba tqis bil-kejl u bl-użin
Iżda jiena biss naf il-mod kif kien jaf
Jaqsam il-ħsieb bejn tnejn
Kif jista' jkun inkunu ħbieb u daqshekk
Iċċempilli, tistaqsini, "kif inti?," u daqshekk
U fejn taqta l-linja u fejn tispiċċa daqshekk
U kif għandek il-qalb tgħidli, "qalbi, issa daqshekk"?
Dejjem tgħallimt li trid tuża l-ħsieb
Biex l-emozzjoni li taħkmek tgħalqilha l-bieb
Ir-regoli tal-ħajja mniżżla f'xi ktieb
Li min jgħid li qrah mhu xejn ħlief giddieb
Iżda jiena biss nifhem
Il-mod kif kien jifhem
Bla ma ngħidlu xejn
Kif jista' jkun inkunu ħbieb u daqshekk
Iċċempilli, tistaqsini, "kif inti?," u daqshekk
U fejn taqta l-linja u fejn tispiċċa daqshekk
U kif għandek il-qalb tgħidli, "qalbi, issa daqshekk"?
Kif jista' jkun inkunu ħbieb u daqshekk
Titbissimli, issellimli fit-triq u daqshekk
U jekk dak li għedna u li wegħedna fisser daqshekk
Kif mank kellek il-wiċċ tgħidli f'wiċċi
Issa daqshekk

Поcмотреть все песни артиста

Другие альбомы исполнителя

Похожие исполнители

AIDAN

Исполнитель