Ilmaħtek fil-bogħod titbissem fil-kwiet Tidħakli bis-serqa, saħħartni bis-skiet Imfawwar bil-ġmiel Bħall-ġamar fil-lejl Dak il-wiċċ Int ġawhra tad-dinja f'ħajti twelidt Bħal djamant mill-isbaħ, li fl-aħħar jien sibt Bit-tjieba u bl-għożża Int l-aqwa ġojjell Ta' kull żmien Ħelwa tal-għaġeb Idħakli fis-skiet Fl-imħabba urini Li tħobbni bla tmiem Ħelwa tal-għaġeb Idħakli fis-skiet Fl-imħabba urini Li tħobbni bla tmiem Int fjura mill-isbaħ, kulur fjurit Li tfewwaħ u ssebbaħ qlub imsewdin Twarrad f'Rebbiegħa Int l-isbaħ għalija B'dak il-ġmiel Bexxaqtli xofftejk u ħmaru ħaddejk ħallejtni nintilef fil-ħarsa t'għajnejk F'dan in-namur Inħoss li int żgur Il-futur Ħelwa tal-għaġeb Idħakli fis-skiet Fl-imħabba urini Li tħobbni bla tmiem Ħelwa tal-għaġeb Idħakli fis-skiet Fl-imħabba urini Li tħobbni bla tmiem Ħelwa tal-għaġeb Idħakli fis-skiet Fl-imħabba urini Li tħobbni bla tmiem bla tmiem