F'lejl jiddi taħt firxiet ta' smewwiet blu Ilmaħtek riesaq qrib biex lili ssib Ħarist fil-fond t'għajnejk u jien tbissimt Sakemm intlift fiċ-ċpar u erġajt fhimt Jien hawn 'il fuq inħares lejk Nixtieq li nkun għal dejjem ħdejk Int kewkba f'sema skur Tinsab kull fejn indur Twassalni fejn nixtieq Mill-idlam mogħdijiet Int kewkba tħuf fis-skiet Fost l-isbaħ mill-kewkbiet Il-lejl timlieh bl-ilwien Iddawwal kullimkien Ħassejt idejk imellsu dal-ħaddejn In-nifs tqil tagħna t-tnejn li għeb fix-xejn U issa r-riħ ixxotta d-dmugħ li bkejt U ħadek 'l hemm fil-bogħod minn fejn kont ġejt Jien hawn 'il fuq inħares lejk Nixtieq li nkun għal dejjem ħdejk Int kewkba f'sema skur Tinsab kull fejn indur Twassalni fejn nixtieq Mill-idlam mogħdijiet Bik f'ħajti erġajt sibt It-tama li kont tlift Kont spalla x'ħin waqajt Mill-qiegħ lili erfajt Bħal dgħajsa f'oċean Urejtni d-dawl fid-dlam Nimirħu l-univers Nintilfu ġol-immens Int kewkba f'sema skur Tinsab kull fejn indur Twassalni fejn nixtieq Mill-idlam mogħdijiet Int kewkba tħuf fis-skiet Fost l-isbaħ mill-kewkbiet Il-lejl timlieh bl-ilwien Iddawwal kullimkien