Hawn ninsab illum F'idi reġa' t-tmun Nagħżel dak li rrid ħa ngħix mill-ġdid. Stampa ċara ntik Kliem nistqarr għalik Nemmen nafek dan ħabib ħerqan. Bogħod minn dak li rajt Bogħod minn dak li smajt, B'xewqti ma ndunajtx Le, le, ma stajtx. Nixtieq li naċċetaw... bla ma niġġudikaw, Nirrispettaw inħarsu biex nittoleraw. Għandna dejjem inkunu hemm għal xulxin, Xewqti żgur li hi din, f'kull waqt ingħid f'kull ħin. Riskju jiena ħadt Minnu le ma bżajt qatt Sfidi affaċjajt Leħni semmajt. Lura għal dan l-ilsien Fih l-isbaħ ilwien Inġedded tifkiriet Ta' dawk il-waqtiet. Bogħod minn dak li rajt Bogħod minn dak li smajt, B'xewqti ma ndunajtx Le, le, ma stajtx. Nixtieq li naċċetaw... bla ma niġġudikaw, Nirrispettaw inħarsu biex nittoleraw. Għandna dejjem inkunu hemm għal xulxin, Xewqti żgur li hi din, f'kull waqt ingħid f'kull ħin. Forsi fuq sieqi nqum Nagħmel dan bla ma ndum Le m'iniex tal-azzar Naħdem ħa nkun aħjar. Forsi nemmen mill-ġdid Saħħti ħa nerġa' nsib Issa nxammar il-kmiem Naħdem sat-tmiem. Nixtieq li naċċetaw... bla ma niġġudikaw, Nirrispettaw inħarsu biex nittoleraw. Għandna dejjem inkunu hemm għal xulxin, Xewqti żgur li hi din, f'kull waqt ingħid f'kull ħin.